|
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — H.N. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda u l-Attorney General
(Kawża C-604/12)
2013/C 86/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H.N.
Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform (Ministru għall-Ġustizzja, għall-Ugwalanza u għar-Riforma fil-Liġi), l-Irlanda u l-Attorney General
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, kif ipprovdut fl-Artikolu 41 tal-Karta ta’ Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tippermetti lil Stat Membru li jipprovdi fil-liġi tiegħu li applikazzjoni għall-istat ta’ protezzjoni sussidjarja tista’ titqies biss jekk l-applikant ikun applika għal u ġie rrifjutat l-istat ta’ refuġjat skont il-liġi nazzjonali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)