16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2012 — Lyreco Belgium NV vs Sophie Rogiers

(Kawża C-588/12)

2013/C 79/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lyreco Belgium NV

Konvenuta: Sophie Rogiers

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijet tal-klawżoli 1 u 2(4) tal-Ftehim-qafas dwar il-leave tal-ġenituri [leave parentali], konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali b’vokazzjoni ġenerali UNICE, CEEP u CES li jinsabu fl-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KEE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, jipprekludu li l-allowance ta’ protezzjoni li għandu jitħallas lill-ħaddiem li kien marbut mal-persuna li timpjegah permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat fuq bażi full-time u li l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ġie rexiż unilateralment minn din il-persuna li timpjega mingħajr raġuni imperattiva jew suffiċjenti matul perijodu ta’ tnaqqis tas-servizzi minħabba t-teħid ta’ leave parentali ta’ 20 % jew ta’ 50 %, jiġi kkalkolat abbażi tal-paga dovuta matul dan il-perijodu ta’ tnaqqis ta’ servizzi, meta l-istess ħaddiem ikollu dritt għal allowance ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għall-paga full-time li kieku huwa naqqas is-servizzi tiegħu b’100 %?