26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovena

(Kawża C-538/12)

2013/C 26/71

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, A. Tokár u D. Kukovec)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovena

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi r-Repubblika Slovena ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva 2009/81/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE (2) u d-Direttiva 2004/18/KE (3), jew billi naqset milli tikkomunika l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, hija kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 72(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Slovena, bis-saħħa tal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagament ta’ penalità ta’ EUR 7 038,72 kuljum, ikkalkolati mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Slovena għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-21 ta’ Awwissu 2011.


(1)  ĠU L 216, p. 76.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132