9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/5


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-534/12 P)

2013/C 71/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, id-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Europea fil-11 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-241/03 REV

prinċipalment,

(a)

tiddikjara ammissibbli t-talba, imressqa mill-appellant fis-27 ta’ Diċembru 2011, għar-reviżjoni tad-digriet mogħti fis-17 ta’ Mejju 2006 mill-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-241/03 Marcuccio vs Il-Kummissjoni, pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali, talba tas-27 ta’ Novembru 2011 li ta lok għall-kawża de qua u, b’konsegwenza tiddeċiedi li l-proċeduri għandhom jitkomplew, ex lege, fl-ambitu ta’ din tal-aħħar, kif ukoll

(b)

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsah l-ispejjeż tal-proċeduri li huwa sostna inerenti għal dawn il-proċeduri ġudizzjarji, jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża de qua lill-Qorti Ġenerali sabiex, ex lege, din tagħti deċiżjoni ġdida dwar l-ammissibbiltà tat-talba tas-27 ta’ Diċembru 2011 u sabiex din suċċessivament tiddeċiedi, jekk meħtieġ, fuq il-mertu tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Errores in procedendo li jippreġudikaw l-interessi tal-appellant, li minnhom jirriżultaw errores in iudicando serji fosthom, inter alia, in-nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat; (b) ksur tal-forom proċedurali sostanzjali; (ċ) ksur tal-prinċipju ta’ ġurisdizzjoni inderogabbli, fir-rigward tal-qorti kompetenti stabbilita minn qabel mil-liġi, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża; (d) ksur tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 64(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 127(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura u fl-aħħar tad-dritt proċedurali ta’ natura potestattiva, li l-appellant għandu, li jipproponi lill-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe ħin, miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura relattiva għall-kawża de qua;

(2)

ksur tal-Artikolu 44(1) u (2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(3)

ksur ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt li jinsab f’sentenza tal-qorti tal-UE, jiġifieri s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fit-13 ta’ Ottubru 1977, fil-Kawża C-56/75 REV, Elz/CE;

(4)

nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat, anki minħabba żnaturament u użu ħażin tal-fatti u tal-affermazzjonijiet tal-appellant.