26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-532/12)

2013/C 26/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet, A. Tokár, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 72(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagament ta’ penalità li tammonta għal EUR 8 320 kuljum mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE skada fil-21 ta’ Awwissu 2011.


(1)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76