16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (ir-Repubblika tal-Ungerija) fl-20 ta’ Novembru 2012 — Ványai Józsefné kontra Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

(Kawża C-526/12)

2013/C 79/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ványai Józsefné

Konvenuta: Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż esklużivament sabiex jiggarantixxi l-eżistenza ta’ rimedju f’każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (“unjustified”)?

(2)

Din id-dispożizzjoni tfisser li, mat-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha tikkomunika bil-miktub lill-impjegat ir-raġunijiet għat-tkeċċija, li mingħajrhom it-tkeċċija tkun infondata (“unjustified”)?

(3)

In-nuqqas ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, fih innifsu, jwassal għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul proċedura kontenzjuża eventwali?