12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/33


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 minn TeamBank AG Nürnberg mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-524/12)

2013/C 9/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: TeamBank AG Nürnberg (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11;

tilqa’ it-talbiet kollha li saru fl-ewwel istanza, hekk kif mitluba fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fit-18 ta’ April 2011.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), meta kkunsidrat li hemm riskju ta’ konfużjoni bejn is-sinjali figurattivi “f@ir Credit” u “FERCREDIT”.

Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, hemm differenza viżiva evidenti bejn l-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali. Barra minn hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li s-sinjali inkwistjoni jirrigwardaw servizzi finanzjarji li għandhom normalment konsegwenzi serji ta’ natura finanzjarja għall-utenti tagħhom. Konsegwentement, wieħed għandu jitlaq mill-prinċipju li l-konsumatur medju jeżamina bir-reqqa u ferm probabbilment jirrikonoxxi d-differenzi eżistenti bejn dawn is-sinjali. Dan il-fatt madankollu ma ġiex indirizzat b’mod adegwat mill-Qorti Ġenerali.

Permezz ta’ evalwazzjoni korretta ta’ din iċ-ċirkustanza, kif ukoll tad-differenzi fl-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali, wieħed jasal għar-riżultat li ma hemm l-ebda xebh rilevanti bejn iż-żewġ sinjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).