26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2012 — CTP vs Regione Campania, Provincia di Napoli

(Kawża C-516/12)

2013/C 26/63

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CTP — Compagnia Trasporti Pubblici SpA

Konvenut: Regione Campania

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (1), id-dritt għal kumpens jinħoloq biss jekk, wara li titressaq applikazzjoni espliċita, l-awtoritajiet kompetenti ma pprovdewx għat-terminazzjoni tal-obbligu ta’ servizz li jinvolvi żvantaġġ ekonomiku għall-impriża tat-trasport, jew inkella din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-obbligi ta’ servizz li fir-rigward tagħhom ir-regolament jipprovdi li għandhom jiġu tterminati u li ma jippermettix li dawn jinżammu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta’ Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19.