16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Walter Vapenik vs Josef Thurner

(Kawża C-508/12)

2013/C 46/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Walter Vapenik

Konvenut: Josef Thurner

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri biss kuntratti bejn impriżi fil-pożizzjoni ta’ kreditur u konsumaturi fil-pożizzjoni ta’ debitur, jew huwa biżżejjed li minn tal-inqas id-debitur ikun konsumatur, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal pretensjonijiet li jitressqu minn konsumatur kontra konsumatur ieħor?


(1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).