26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trubunale di Tivoli (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2012 Antonella Pedone vs Maria Adele Corrao
(Kawża C-498/12)
2013/C 26/50
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonella Pedone
Konvenuta: Maria Adele Corrao
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 130 tad-DPR 30.5.2002 Nru 115 dwar il-likwidazzjoni tal-għajnuna legali mħallsa mill-Istat fl-ordinament ġuridiku Taljan — fil-parti fejn inaqqas bin-nofs id-drittijiet dovuti lill-avukat difensur, lill-awżiljarju tal-maġistrat u lill-espert ġudizzjarju — huwa f’konformità mal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li dawk li ma għandhomx biżżejjed mezzi għandhom dritt għall-għajnuna legali mħallsa mill-Istat meta dan ikun neċessarju sabiex jiżgura aċċess effettiv għall-ġustizzja. |
(2) |
L-Artikolu 130 tal-DPR 30.5.2002 Nru. 115 dwar il-likwidazzjoni tal-għajnuna legali mħallsa mill-Istat fl-ordinament ġuridiku Taljan — fil-parti fejn inaqqas bin-nofs id-drittijiet dovuti lill-avukat difensur, lill-awżiljarju tal-maġistrat u lill-espert ġudizzjarju — huwa f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ipprovdut fid-dispożizzjoni Komunitarja kif traspost fl-Artikolu 53(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 (TFUE). |