|
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Magdolna Margit Szabadosné Bay vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
(Kawża C-491/12)
2013/C 79/07
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Magdolna Margit Szabadosné Bay
Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss sabiex jiggarantixxi l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju fil-każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (unjustified)? |
|
(2) |
[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tikkomunika bil-miktub lill-ħaddiem ir-raġunijiet għal din it-tkeċċija, fin-nuqqas ta’ liema jista’ jkun li din it-tkeċċija sseħħ b’mod mhux ġustifikat (unjustified)? |
|
(3) |
L-assenza ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, minnha nnifisha, tagħti lok għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul eventwali tilwima industrijali? |