26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

(Kawża C-483/12)

2013/C 26/42

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV

Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV, Walter Van Gastel Schoten NV

Domandi preliminari

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza, stabbilit fl-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 15 u 16 tal-Karta ċċitata iktar ‘il fuq u flimkien mal-Artikoli 34 sa 36, 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola bħal dik stabbilita fl-Artikoli 8, 9, 16 u 17 tal-Liġi tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar l-orarju ta’ ftuħ għan-negozju, għall-artiġjanat u għas-servizzi, sa fejn l-obbligu f’dawn l-artikoli li jum ta’ għeluq fil-ġimgħa jiġi pprovdut:

(i)

ma japplikax għan-negozjanti li huma stabbiliti fl-istazzjonijiet tal-ferrovija jew fl-istabbilimenti tal-kumpanniji tat-trasport pubbliku, u lanqas għal ħwienet fl-ajruporti u fiż-żoni tal-portijiet miftuħin għat-traffiku internazzjonali ta’ vjaġġaturi u lanqas għal ħwienet fl-istazzjonijiet tas-servizz jew fl-istabbilimenti li jkunu fl-awtostradi, iżda japplika għal negozjanti stabbiliti bnadi oħra,

(ii)

ma japplikax għal negozjanti li huma attivi fil-bejgħ ta’ prodotti bħal gazzetti, rivisti, prodotti tat-tabakk u prodotti tat-titjib, kards telefoniċi u prodotti tal-lotterija nazzjonali, il-bejgħ ta’ prodotti tal-medja awdjoviżivi u ta’ video games, il-bejgħ ta’ ġelati, iżda japplika għal negożjanti li jbigħu prodotti oħra,

(iii)

japplika biss għal negozju bl-imnut, jiġifieri għal impriżi li jbiegħu lill-konsumatur, filwaqt li ma japplikax għal negozjanti oħra,

(iv)

jimplika mill-inqas, għan-negozjanti li jeżerċitaw l-attività tagħhom permezz ta’ post fiżiku ta’ bejgħ u li għandhom kuntatt dirett mal-konsumatur, limitazzjoni nettament iktar stretta minn dik għal għal negozjanti li jeżerċitaw l-attività tagħhom permezz ta’ rivista online jew possibilment permezz ta’ forma oħra ta’ bejgħ mill-bogħod?