26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Institut professionnel des agents immobiliers (IPI) vs Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte

(Kawża C-473/12)

2013/C 26/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Institut professionnel des agents immobiliers (IPI)

Konvenuti: Geoffrey Englebert, Immo 9 SPRL, Grégory Francotte

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13(1)(g), in fine, tad-Direttiva 92/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jħalli lill-Istati Membri fil-libertà li jipprovdu jew le eċċezzjoni għall-obbligu ta’ informazzjoni immedjata previst fl-Artikolu 11(1), jekk din tkun neċessarja fid-dawl tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ ħadd ieħor jew l-Istati Membri f’dan il-qasam huma suġġetti għal restrizzjonijiet?

(2)

L-attivitajiet professjonali ta’ investigaturi privati, irregolati mid-dritt intern u eżerċitati għas-servizz ta’ awtoritajiet inkarigati li jirraportaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kull ksur tad-dispożizzjonijiet li jipproteġu titolu professjonali u li jorganizzaw professjoni, jaqgħu, skont iċ-ċirkustanzi, taħt l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) u (g), in fine, tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?

(3)

F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 13(1)(d) u (g), in fine, tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iktar preċiżament mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355