12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Werner Krieger vs ERGO Lebensversicherung AG

(Kawża C-459/12)

2013/C 9/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Werner Krieger

Konvenuta: ERGO Lebensversicherung AG

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (1), ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni, bħal dik li tinsab fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-Liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-liġi tal-assigurazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni fid-dritt Ġermaniż dwar il-kontroll tal-impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tirrikonoxxi lit-titolari ta’ polza dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni għal mhux iktar minn sena b’effett mill-ħlas tal-ewwel premium tal-assigurazzjoni u dan anki meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat dwar id-dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni tiegħu?


(1)  ĠU L 330, p. 50.

(2)  ĠU L 360, p. 1.