15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — HARK GmbH & Co KG Kamin- und Kachelofenbau vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-450/12)

2012/C 389/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HARK GmbH & Co KG Kamin- und Kachelofenbau

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Domandi preliminari

(1)

L-intestatura 7321 tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pajpijiet għall-fuklari, deskritti f’iktar dettall fit-talba, għandhom jitqiesu bħala partijiet minn fuklari, stufi, gradilji u kukers?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-pajpijiet għall-fuklari jkunu jistgħu jiġu inklużi taħt l-intestatura 7307?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU L 291, p. 1.