26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Roest vs Burgemeester van Amsterdam

(Kawża C-448/12)

2013/C 26/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. Roest.

Konvenut: Burgemeester van Amsterdam.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375-380), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda Regolament (tal-Kunsill) (KE) Nru 2252/2004 (dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri) ĠU L 142, p. 1), huwa validu fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tistabbilixxi l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375-380), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda Regolament (tal-Kunsill) (KE) Nru 2252/2004 (dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri) (ĠU L 42, p. 1), l-Artikolu 4(3) tar-regolament, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-ewwel parti introduttiva tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva ħajja privata (95/46/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)), moqrija flimkien mal-parti introduttiva tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(1)(b) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu bil-liġi li d-data bijometrika miġbura u kkonservata abbażi ta’ dan ir-regolament ma tistax tinġabar, tiġi pproċessata u użata għall-finijiet oħra barra għall-ħruġ tad-dokument?