8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/16


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 minn Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ, mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-264/00, Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-436/12 P)

2012/C 379/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ (rappreżentanti: A. Vianello, A. Bortoluzzi u A. Veglianiti, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tat-12 ta’ Lulju 2012, Kawża T-264/00, Compagnia Generale delle Acque SpA u r-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn VEOLIA intiż sabiex tikseb l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipji espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Comitato Venezia vuole vivere, fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-oneru tal-prova skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(1) KE; motivazzjoni insuffiċjenti, żbaljata u, f’kull każ, kontradittorja.