24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Nienburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2012 — Bianca Brandes vs Land Niedersachsen

(Kawża C-415/12)

2012/C 366/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Nienburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Brandes

Konvenut: Land Niedersachsen

Domanda preliminari

Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 97/81 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), kif emendata bid-Direttiva 98/23 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw mil-liġi jew minn ftehim, jew prattiki, li permezz tagħhom, f’każ ta’ bidla fil-ħinijiet tax-xogħol ta’ ħaddiem li tikkonċerna n-numru ta’ jiem maħduma fil-ġimgħa, il-portata tad-dritt għal-leave mhux meħud li l-ħaddiem ma kellux il-possibbiltà jeżerċita matul il-perijodu ta’ riferiment għandha tiġi aġġustata b’mod li, għalkemm id-dritt għal-leave espress f’ġimgħat jibqa’ l-istess, id-dritt għal-leave espress fi ġranet jiġi aġġustat skont il-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267)

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, li testendi d-Direttiva 97/81/KE dwar il-ftehim strutturali fuq ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, CEEP u L-ETUC lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278).