8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fil-11 ta’ Settembru 2012 — Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León

(Kawża C-413/12)

2012/C 379/22

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Salamanca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León

Domandi preliminari

(1)

Il-protezzjoni ggarantita lill-konsumatur bid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tippermetti lill-Audiencia Provincial, bħala qorti nazzjonali tal-appell, tieħu konjizzjoni, minkejja li ma hemmx regola ta’ kopertura legali nazzjonali, tal-appell mid-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza li tattribwixxi lill-qorti tad-domiċilju tal-konvenut il-ġurisdizzjoni territorjali sabiex tiddeċiedi dwar l-azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni mressqa minn assoċjazzjoni tal-konsumaturi, ta’ portata territorjali limitata, mhux assoċjata jew iffederata ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn, u li għandha biss baġit żgħir u numru żgħir ta’ membri?

(2)

L-Artikoli 4, 12, 114 u 169 tat-Trattat u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mad-Direttiva 93/13 u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mal-livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, kif ukoll mal-effettività tad-direttivi u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati bħala li jiddikjaraw li l-qorti li territorjalment għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra l-użu ta’ klawżoli inġusti mressqa minn assoċjazzjoni tal-konsumaturi, ta’ portata territorjali limitata, mhux assoċjata jew iffederata ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn, u li għandha biss baġit żgħir u numru żgħir ta’ membri sabiex tiddefendi interessi kollettivi jew ġenerali tal-konsumaturi u tal-utenti, hija l-qorti tal-post tad-domiċilju ta’ din l-assoċjazzjoni u mhux dik tad-domiċilju tal-konvenut?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.