20.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fis-16 ta’ Awwissu 2012 — Comune di Ancona vs Regione Marche

(Kawża C-388/12)

2012/C 319/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Ancona

Konvenut: Regione Marche

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ikun jista’ jiġi evalwat jekk l-għoti tal-konċessjoni jirriżultax fi dħul finanzjarju sinjifikanti għall-konċedenti jew f’vantaġġ indebitu għall-konċessjonarju, wieħed għandu l-ewwel jivverifika jekk l-operazzjoni kinitx għaddiet minn modifika sostanzjali?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda,

(a)

l-imsemmi artikolu jagħmel referenza biss għal modifika fiżika — fis-sens li l-operazzjoni li ġiet mitmuma ma hijiex konformi ma’ dik prevista fil-proġett li ġie approvat għall-finanzjament — jew jagħmel referenza anki għall-modifika tan-natura funzjonali u, f’din it-tieni ċirkustanza, ikun hemm modifika sostanzjali fil-każ li l-operazzjoni tiġi użata “anki” — iżda mhux prinċipalment — għal attivitajiet differenti minn dawk maħsuba fis-sejħa għal proġetti jew fl-applikazzjoni sabiex wieħed jipparteċipa f’din is-sejħa?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda,

(b)

dan l-artikolu, b’referenza għall-każijiet fejn il-finanzjament pubbliku jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal amministrazzjoni li jkollha interess ekonomika, huwa applikabbli biss għall-fażi tat-twettiq tal-operazzjoni jew l-obbligu li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet tal-proċedura tas-sejħa għal offerti jibqa’ japplika anki fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjoni ta’ amministrazzjoni?

(2)

L-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-verifika tal-fatt li l-konċessjoni lil terzi tal-amministrazzjoni ma tirriżultax fi dħul nett kunsiderevoli u li lanqas ma tagħti vantaġġ indebitu lil impriża jew lil awtorità pubblika tikkostitwixxi fażi li loġikament u legalment għandha sseħħ wara d-domanda preliminari (jiġifieri l-obbligu li jiġu osservati l-proċeduri tas-sejħiet għal offerti) jew l-eżistenza tal-obbligu li tiġi stabbilita pubblikament proċedura ta’ sejħa għal offerti għandha tiġi vverifikata wkoll billi tiġi kkunsidrata l-iskema konkreta tar-relazzjoni ta’ konċessjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali. (ĠU L 161, p. 1).