|
6.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2012 — X BV, parti oħra fil-proċedura: Minister van Financiën
(Kawża C-380/12)
2012/C 303/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Apellanti fil-kassazzjoni: X BV
Parti oħra fil-proċedura: Minister van Financiën
Domandi preliminari
|
(1) |
Taħt in-nota 1, li tinsab fil-Kapitolu 25 tas-Sistema Armonizzata, il-kliem “jneħħu l-impuritajiet” ikopri t-tneħħija minn prodott kimiku partikolari fi stat mhux raffinat ta’ ċerti partiċelli kimiċi li huma inklużi fih minħabba f’ċirkustanzi naturali, u fil-każ fejn it-tneħħija ssir bil-għan li jissaħħu proprjetajiet naturali (speċifiċi) tal-prodott minerali li qabel iddgħajjef minħabba f’dawk iċ-ċirkustanzi naturali? |
|
(2) |
Jekk fuq il-bażi tar-risposta għad-domanda 1 ta’ hawn fuq, jista’ jiġi stabbilit li hemm it-tneħħija ta’ impuritajiet fis-sens tan-nota 1 li tinsab fil-Kapitolu 25, fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi stabbilit jekk prodott minerali estratt bħat-trab li jibbliċja, wara t-tlaħliħ bl-aċidu sulfuriku u l-ilma, jistax jibqa’ kklassifikat fuq il-bażi tal-imsemmija nota taħt l-intestatura 2508 40 00 tan-Nomenklatura Magħquda u ma għandux jitqies bħala prodott tal-industrija kimika fis-sens fil-Kapitolu 38 tas-Sistema Armonizzata? |