17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga

(Kawża C-373/12)

2012/C 355/13

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GIC Cash a.s.

Konvenut: Marián Gunčaga

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) (iktar ’il quddiem il-“Karta”), moqrija flimkien mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE (2), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti li quddiemha titressaq kawża dwar kuntratt konkluż ma’ konsumatur għandha tevalwa jekk klawsola hijiex inġusta u li qorti ta’ Stat Membru diġà ddeċidiet, f’ċirkustanzi ta’ fatt analogi, li klawsola kuntrattwali ta’ kontenut identiku jew simili hija inġusta, il-konsumatur għandu dritt jippretendi li l-qorti adita teżamina jekk il-klawsola hijiex inġusta billi tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-Istat Membru l-ieħor?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li l-qorti adita kisret dritt fundamentali li l-konsumatur għandu taħt l-Artikoli 47 u 38 tal-Karta, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru l-ieħor fir-rigward tan-natura inġusta ta’ klawsola ta’ kontenut identiku jew simili?


(1)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kunsil 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).