|
6.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awissu 2012 — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General
(Kawża C-370/12)
2012/C 303/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Thomas Pringle
Konvenuti: Government of Ireland, Ireland u l-Attorney General
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011 (1), hija valida:
|
|
(2) |
Wara li jiġu kkunsidrati
Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li l-munita tiegħu hija l-ewro, għandu d-dritt li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES? |
|
(3) |
Jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew titqies valida, id-dritt ta’ Stat Membru li jikkonkludi, u jirratifika ftehim internazzjonali bħalma huwa t-Trattat MES huwa suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni? |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-ewro (ĠU L 91, p. 1).