13.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-362/12)
2012/C 311/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation
Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Domandi preliminari
(1) |
Meta, skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, persuna taxxabbli tista’ tagħżel bejn żewġ rimedji alternattivi sabiex titlob il-ħlas lura ta’ taxxi miġbura bi ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE u meta wieħed minn dawn ir-rimedji għandu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-fatt li dan l-Istat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tnaqqas dan it-terminu ta’ preskrizzjoni itwal mingħajr avviż minn qabel u b’effett retroattiv mid-data tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida proposta, huwa kompatibbli mal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi? |
(2) |
Il-fatt li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors mill-persuna taxxabbli li qed tinvoka ir-rimedju li għandu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-possibbiltà li dan ir-rimedju jintuża abbażi tad-dritt nazzjonali kienet ġiet rikonoxxuta biss i) reċentement u ii) minn qorti inferjuri u li kien biss sussegwentement li ġiet ikkonfermata b’mod definittiv mill-għola qorti, jaffettwa r-risposta mogħtija għall-ewwel domanda? |