|
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/28 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 minn Harald Wohlfahrt kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-580/10, Harald Wohlfahrt vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża C-357/12 P)
2012/C 287/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Harald Wohlfahrt (rappreżentanti: M. Loschelder, avukat, V. Schoene, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Ferrero SpA
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-580/10 u li tagħti deċiżjoni skont it-talbiet ifformulati mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, riprodotti fil-paġna 4 tas-sentenza; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż neċessarji sostnuti mill-appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-UASI u l-Qorti Ġenerali jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “Kindertraum” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 28, li għamlet applikazzjoni għaliha r-rikorrenti u issa bħala appellanti, peress li l-intervenjenti tal-konvenut, proprjetarja tat-trade mark verbali Taljana preċedenti “kinder”, fost oħrajn għal prodotti fl-imsemmija klassijiet, għamlet oppożizzjoni.
L-appellanti tinvoka tliet aggravji:
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma jirriżultax stabbilit, fil-mument li ngħatat id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni, jekk it-trade mark inkwistjoni invokata fl-oppożizzjoni kinitx irregistrata għal 8 snin jew le. Skont l-Artikolu 42(3) flimkien mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jintwera biss l-użu tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, jekk kienet ilha ħames snin irreġistrata fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja. L-appellanti ssostni li teżisti kontradizzjoni mal-għan tal-obbligu ta’ użu, li permezz tiegħu huwa intiż li jiġi ggarantit li, ladarba jgħaddi t-terminu ta’ protezzjoni ta’ ħames snin, ma jistgħux jintalbu dirittijiet fuq trade marks precedenti li ma għadhomx jintużaw. Bid-differenza ta’ dak li tikkunsidra l-Qorti Generali, il-lakuna eżistenti fl-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 għandha timtela permezz ta’ interpretazzjoni teleoloġika, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tat-trade marks Germaniż jew Taljan. Minbarra dan, l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 jistabbilixxi li għandu jkun hemm sitwazzjoni ta’ użu fil-mument meta jintemmu l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, karattru abbużiv tat-trade mark li għaliha qed issir oppożizzjoni
L-appellanti ssosnti li l-Bord tal-Appell ma kkunsidratx l-allegazzjoni tal-appellanti li l-applikazzjoni għat-trade mark Taljana invokata fl-oppożizzjoni tikkostitwixxi abbuż ta’ dritt. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ammettietx indebitament l-oġġezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt. Din l-oġġezzjoni hija parti mid-dritt Komunitarju u, għalhekk tad-dritt tat-trade marks Komunitarji. Fil-kawża preżenti huwa applikabbli, fid-dawl tal-aġir ta’ min għamel l-oppożizzjoni fejn fir-rigward tal-applikazzjoni partikolari għandu bħala għan li jevita b’mod partikolari, permezz ta’ trade marks li ma għadhomx jintużaw, l-użu tal-kelma “kinder” mingħajr ma jeżisti ebda interess ekonomiku li jistħoqqlu protezzjoni li jeħtieġ dan.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali affermat b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark tal-intervenjenti invokata fl-oppożizzjoni u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni. Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-allegazzjonijiet tar-rikorrenti u ddeċidiet b’mod żbaljat li hija ma kkontestatx id-dikjarazzjoni tal-Bord tal-Appell li t-trade marks kunfliġġenti kienu jixxiebhu. Fir-realtà, hija kienet għamlet din il-kontestazzjoni. It-trade marks ma jixxiebhux, peress li l-komponent “kinder” fit-trade mark invokata fl-oppożizzjoni jippreżenta, l-iktar, karattru distintiv dgħajjef.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).