29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgerichts Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2012 — J. Sebastian Guevara Kamm vs TAM Airlines S.A./TAM Linhas Aereas S.A
(Kawża C-316/12)
2012/C 295/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgerichts Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J. Sebastian Guevara Kamm
Konvenuta: TAM Airlines S.A./TAM Linhas Aereas S.A
Domanda preliminari
L-espressjoni “fejn hemm raġunijiet raġonevoli” msemmija fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ tinkludi biss raġunijiet relatati mal-persuna tal-passiġġier u li jpoġġu f’perikolu t-traffiku tal-ajruplani jew is-sigurtà ta’ passiġġieri oħra jew li jirriżultaw minn kunsiderazzjonijiet kuntrattwali jew ta’ interess pubbliku oħra, jew inkella din l-espressjoni tista’ wkoll tinkludi raġunijiet oħra mhux relatati mal-persuna tal-passiġġier, bħal, b’mod partikolari, każ ta’ forza maġġuri?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)