|
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Maria Albertina Gomes Viana Novo et vs Fundo de Garantia Salarial, IP
(Kawża C-309/12)
2012/C 287/35
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Norte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Albertina Gomes Viana Novo, Ezequiel Martins Dias, Gabriel Inácio da Silva Fontes, Marcelino Jorge dos Santos Simões, Manuel Dourado Eusébio, Alberto Martins Mineiro, Armindo Gomes de Faria, José Fontes Cambas, Alberto Martins do Alto, José Manuel Silva Correia, Marilde Marisa Moreira Marques Moita, José Rodrigues Salgado Almeida, Carlos Manuel Sousa Oliveira, Manuel da Costa Moreira, Paulo da Costa Moreira, José Manuel Serra da Fonseca, Ademar Daniel Lourenço Dias, Ana Mafalda Azevedo Martins Ferreira
Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest konkret tal-garanzija tal-krediti salarjali fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Dirttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss il-krediti li saru eżiġibbli fis-sitt xhur ta’ qabel il-preżentata ta’ rikors sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-ħaddiema jkunu ressqu kawża quddiem it-tribunal industrijali kontra min jimpjeghom sabiex jiksbu l-iffissar ġudizzjarju tal-ammont mhux imħallas u l-irkupru forzat ta’ dan l-ammont?
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217)