|
8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/6 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-305/12)
2012/C 273/10
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus, A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka
Talbiet
|
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 40 ta’ din id-direttiva. |
|
— |
timponi fuq ir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, multa minħabba in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tinnotifika l-miżuri adottati sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE, għall-ammont ta’ EUR 17 136 kuljum sa mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza mogħtija f’din il-kawża; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98 skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 312, 22.11.2008 p. 3.