4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Aboubacar Diakite vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-285/12)

2012/C 235/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aboubacar Diakite

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprovdi biss protezzjoni f’sitwazzjoni ta’ “kunflitt armat intern” kif interpretat mil-liġi umanitarja internazzjonali, partikolarment b’referenza għall-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949 (li jirrigwardaw, rispettivament, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti u l-morda fil-forzi armati fuq il-kamp, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti, tal-morda u n-nawfragi tal-forzi armati, it-trattament tal-priġunjieri tal-gwerra, u l-protezzjoni ta’ persuni ċivili fi żmien ta’ gwerra)?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ “kunflitt armat intern” imsemmi fl-Artikolu 15(ċ) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu mill-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949, liema huma f’dan il-każ, il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali “kunflitt armat intern”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 19 Vol. 07 p. 96.