|
14.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho do Porto (il-Portugall) fid-29 ta’ Mejju 2012 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Fidelidade Mundial — Companhia de Seguros, SA
(Kawża C-264/12)
2012/C 209/09
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins
Konvenuta: Fidelidade Mundial — Companhia de Seguros, SA
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li minnu tirriżulta l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għal ħaddiema fis-settur pubbliku? |
|
(2) |
L-impożizzjoni mill-Istat li ma jitħallsux remunerazzjonijiet, dovuti preċedentement bħala allowance għall-vaganzi u għall-Milied, permezz tal-Lei do Orçamento de Estado para 2011, applikabbli biss għal ħaddiema li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fis-settur pubbliku jew f’kumpannija pubblika, tmur kontra l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, li tagħti lok għal diskriminazzjoni minħabba n-natura pubblika tar-relazzjoni ta’ impjieg? |
|
(3) |
Id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol denji previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa pprojbit it-tnaqqis fir-remunerazzjoni, mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem, fil-każ li l-kuntratt ma jkunx inbidel? |
|
(4) |
Id-dritt għal kundizzjonijiet ta’ xogħol denji previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ifisser id-dritt għal remunerazzjoni ġusta li tiżgura lill-ħaddiema u lir-rispettivi familji tagħhom livell ta’ għixien sodisfaċenti? |
|
(5) |
Peress li s-sospensjoni tal-ħlas tal-allowances għall-vaganzi u għall-Milied, ma tikkostitwixxix l-unika miżura possibbli, neċessarja u fundamentali għall-isforz tal-konsolidament tal-finanzi pubbliċi f’sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomiko-finanzjarja gravi tal-pajjiż, din tmur kontra d-dritt previst fl-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jekk jitqiegħed f’riskju l-livell ta’ għixien u impenji ta’ natura finanzjarja li jkunu assumew l-14-il ħaddiem u l-familja rispettiva tiegħu, li ma kinux qed jistennew tnaqqis minn żewġ salarji fid-dħul annwali tagħhom? |
|
(6) |
Peress li t-tnaqqis ta’ żewġ salarji imposta b’dan il-mod mill-Istat Portugiż ma kienx previst jew mistenni mill-ħaddiema, dan imur kontra d-dritt għal kundizzjonijiet denji ta’ xogħol? |
|
(7) |
Peress li l-imsemmija Lei do Orçamento de Estado para 2011 tistabbilixxi li s-sistema ta’ sospensjoni ta’ ħlas tal-imsemmija allowances għall-vaganzi u għall-Milied ma jistax titneħħa permezz ta’ strumenti ta’ leġiżlazzjoni kollettiva u tipprevali fuqhom, din tmur kontra d-dritt għal negozjati kollettivi? |