|
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Mejju 2012 — Association Vent De Colère ! Fédération nationale, Alain Bruguier, Jean-Pierre Le Gorgeu, Marie-Christine Piot, Eric Errec, Didier Wirth, Daniel Steinbach, Sabine Servan-Schreiber, Philippe Rusch, Pierre Recher, Jean-Louis Moret, Didier Jocteur Monrozier vs Ministre de l’écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l’Économie, des Finances et de l’Industrie
(Kawża C-262/12)
2012/C 243/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association Vent De Colère ! Fédération nationale, Alain Bruguier, Jean-Pierre Le Gorgeu, Marie-Christine Piot, Eric Errec, Didier Wirth, Daniel Steinbach, Sabine Servan-Schreiber, Philippe Rusch, Pierre Recher, Jean-Louis Moret, Didier Jocteur Monrozier
Konvenuti: Ministre de l’écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l’Économie, des Finances et de l’Industrie
Domanda preliminari
Fid-dawl tat-tibdil tal-mod ta’ finanzjament tal-kumpens integrali tal-ispejjeż addizzjonali imposti fuq Electricité de France u fuq id-distributuri mhux nazzjonalizzati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Liġi Nru 46-628, tat-8 ta’ April 1946, dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-elettriku u tal-gass, minħabba l-obbligu li jinxtara l-elettriku ġġenerat mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija mekkanika tar-riħ bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq ta’ dan l-elettriku, minħabba l-Liġi Nru 2003-8 tat-3 ta’ Jannar 2003, għandu dan il-mekkaniżmu issa jitqies bħala intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fis-sens u għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?