21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-256/12)

2012/C 217/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Telecom Italia SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari jipprekludu l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fuq il-livell regolatorju?


(1)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337