28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Mejju 2012 — Specsavers International Healthcare Ltd, Specsavers BV, Specsavers Optical Group Ltd, Specsavers Optical Superstores Ltd vs Asda Stores Ltd

(Kawża C-252/12)

2012/C 227/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Specsavers International Healthcare Ltd, Specsavers BV, Specsavers Optical Group Ltd, Specsavers Optical Superstores Ltd

Konvenuta: Asda Stores Ltd

Domandi preliminari

(1)

Fil-każ fejn operatur ikun proprjetarju ta’ reġistrazzjonijiet distinti ta’ trade marks Komunitarji għal

(i)

trade mark figurattiva

(ii)

trade mark verbali

u jużahom it-tnejn flimkien, tali użu jista’ jikkostitwixxi użu tat-trade mark figurattiva għall-finijiet tal-Artikoli 15 u 51 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) ? F’każ li r-risposta tkun fl-affermattiv, kif għandu jiġi evalwat l-użu tat-trade mark figurattiva ?

(2)

Ir-risposta tkun differenti jekk:

(i)

it-trade mark verbali hija sovrapożizzjonata fuq l-element figurattiv?

(ii)

l-operatur irreġistra wkoll, bħala trade mark Komunitarja, it-trade mark ikkombinata komposta mill-element figurattiv u mit-trade mark verbali?

(3)

Ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi tiddependi minn jekk l-element figurattiv u l-kliem jitqiesux mill-konsumatur medju (i) bħala sinjali distinti; jew (ii) li kull wieħed minnhom għandu rwol distintiv indipendenti? F’dan il-każ, sa fejn?

(4)

Meta trade mark Komunitarja ma hijiex irreġistrata bil-kulur, iżda l-proprjetarju tagħha jkun għamel użu sostanzjali minnha b’kulur jew b’kombinazzjoni ta’ kuluri partikolari, b’mod li, għall-parti kbira mill-pubbliku (f’parti u mhux fl-intier tal-Komunità), tali trade mark saret assoċjata ma’ dan il-kulur jew ma’ din il-kombinazzjoni ta’ kuluri, il-kulur jew il-kuluri li juża l-konvenut għas-sinjal inkwistjoni huma rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali (i) tal-probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 9(1)(b), jew (ii) tal-vantaġġ inġust skont l-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009? F’dan il-każ, sa fejn?

(5)

F’każ li r-risposta tkun fl-affermattiv, il-fatt li l-konvenut stess huwa assoċjat, fil-parti l-kbira tal-pubbliku, mal-kulur jew mal-kombinazzjoni tal-kuluri partikolari li huwa juża għas-sinjal inkwistjoni huwa rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali?


(1)  ĠU L 78, p. 1.