7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Bruxelles (il-Belġju) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop (kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA) vs Banque Internationale à Luxembourg

(Kawża C-251/12)

2012/C 200/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop (kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA)

Konvenut: Banque Internationale à Luxembourg

Domandi preliminari

(1)

X’interpretazzjoni għandha tingħata lill-kliem “obbligu […] għal benefiċċju ta’ debitur” li jinsabu fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000 (1)?

(2)

Dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati li jinkludu ħlas magħmul lil kreditur mid-debitur fallut fuq talba ta’ dan, meta l-parti li tkun wettqet dan l-obbligu ta’ ħlas f’isem u għall-benefiċċju tad-debitur fallut, tkun għamlet dan peress li ma tkunx taf bl-eżistenza ta’ proċedura ta’ falliment miftuħa fil-konfronti tad-debitur fi Stat Membru ieħor?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).