20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/2 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 minn FLS Plast A/S mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06, FLS PLAST A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-243/12 P)
2012/C 319/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: FLS Plast A/S (rappreżentant: M. Thill-Tayara, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
(a) |
prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06 u, li tiddeċiedi l-kawża, sabiex tannulla l-Artikoli 1(h) u 2(f) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Novembru 2005 Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali (“id-Deċiżjoni kkontestata”), safejn japplikaw dawn għall-appellanti. |
(b) |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06 safejn din ċaħdet il-motivi tal-appellanti intiżi sabiex jinkiseb tnaqqis tal-ammont li għalih l-appellanti inżammet responsabbli in solidum fid-deċiżjoni kkontestata u, li tiddeċiedi l-kawża, sabiex temenda l-Artikolu 2(f) tad-deċiżjoni kkontestata u sostanzjalment tnaqqas dan l-ammont fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni illimitata tagħha. |
(ċ) |
fi kwalunkwe każ, tagħti lill-appellanti tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont li għalih l-appellanti inżammet responsabbli in solidum bħala kumpens għad-danni għad-dewmien eċċessiv tal-proċedura. |
(d) |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-pendenza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(a) |
Insostenn tat-talba prinċipali, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji
|
(b) |
Insostenn tat-talba sussidjarja, l-appellanti tinvoka tliet aggravji
|