11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank te Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2012 — proċeduri kriminali kontra Strafzaak EBS Le relais Nord-Pas-De-Calais

(Kawża C-240/12)

2012/C 243/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank te Rotterdam

Parti fil-kawża prinċipali

EBS Le relais Nord-Pas-De-Calais

Domandi preliminari

(1)

Fil-każ ta’ trasferiment ta’ skart bil-bastiment, minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ, Franza) lejn Stat li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni OECD (f’dan il-każ, l-Emirati Għarab Magħquda), hemm inkwistjoni “tranżitu” fis-sens tar-regolament preċedenti (1) u u tar-Regolament il-ġdid (2) fil-qasam tat-trasferimenti tal-iskart jekk, matul il-vjaġġ, (il-bastiment) jidħol il-port ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ, dak ta’ Rotterdam)?

(2)

Tagħmel differenza, għar-risposta tal-ewwel domanda, jekk:

f’dan il-port, ikun hemm ħażna u/jew trasbord ta’ dan l-iskart, u/jew

dan l-iskart ikun sbarkat fl-art, u/jew

dan l-iskart ikun iddikjarat għall-importazzjoni mad-dwana?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, tal-1 ta’ Frar 1993, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (Regolament preċedenti dwar it-trasferiment ta’ skart) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol 2, p. 176).

(2)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (Regolament il-ġdid dwar it-trasferiment ta’ skart) (ĠU L 190, p. 1).