21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
(Kawża C-229/12)
2012/C 217/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fastweb SpA
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet Komunitariji settorjali, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata fid-digriet preżenti, u b’mod partikolari l-Liġi Nru 266/2005, u dan minħabba l-mod kif hija applikata konkretament f’livell leġiżlattiv?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).