25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/8


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-29/10 u T-33/10 — Il-Pajjiżi l-Baxxi u ING Groep vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawza C-224/12 P)

2012/C 258/14

Lingwi tal-kawża: l-Olandiż u l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u H. van Vliet, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura:

 

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

 

ING Groep NV

 

De Nederlandsche Bank NV

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-2 ta’ Marzu 2012, innotifikata lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Marzu 2012, mogħtija fil-Kawżi magħquda T-29/10 u T-33/10, Il-Pajjiżi l-Baxxi u ING Groep vs Il-Kummissjoni; u

tiċħad it-talbiet għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (1), tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

sussidjarjament,

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u fl-appell,

jew, iktar sussidjarjament,

tannulla t-tielet paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba l-aggravji li ġejjin.

L-ewwel nett , ma hemm l-ebda obbligu legali li tapplika l-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq fir-rigward ta’ bidla fil-kundizzjonijiet ta’ rimbors dwar miżura li tikkostitwixxi hija stess għajnuna mill-Istat.

It-tieni nett , il-Qorti Ġenerali għamlet evalwazzjoni żbaljata tan-nuqqas ta’ qligħ tal-Istat Membru minħabba l-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ rimbors, hekk kif eżaminati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”).

It-tielet nett , il-Qorti Ġenerali ma kellha l-ebda dritt, anki jekk il-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkwalifikat il-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ rimbors bħala għajnuna mill-Istat, li tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tiegħu.

Ir-raba’ nett , il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża kien neċessarjament illegali minħabba li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-bidla fil-kundizzjonijiet ta’ rimbors kien fiha element ta’ għajnuna mill-Istat.

Il-ħames nett , il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita meta annullat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża u l-Anness II tagħha.

Is-sitt nett , u sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali ġustament annullat l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża u l-Anness II tagħha, hija ma setgħetx ma tannullax it-tielet paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża.


(1)  Deċiżjoni 2010/608/KE (ĠU 2010, L 274, p. 139).