|
14.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Mejju 2012 — Sumitomo Chemical Co. Ltd
(Kawża C-210/12)
2012/C 209/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sumitomo Chemical Co. Ltd
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ ħarsien supplimentari għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni valida skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/414/KEE? |
|
(2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: Huwa neċessarju, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96, li l-awtorizzazzjoni tkun għadha valida fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal ċertifikat? |
|
(3) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal ċertifikat tista’ tiġi ppreżentata qabel ma jibda jiddekorri t-terminu previst fl-istess artikolu? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335.