16.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2012 — Yvon Welte vs Finanzamt Velbert
(Kawża C-181/12)
2012/C 174/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yvon Welte
Konvenut: Finanzamt Velbert
Domanda preliminari
L-Artikoli 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema speċifika tad-drittijiet ta’ suċċessjoni ta’ Stat Membru, li tipprovdi għal allowance ta’ EUR 2 000 biss fil-każ fejn persuni li ma humiex residenti jiksbu, fir-rigward ta’ suċċessjoni ta’ persuna mhux residenti, art li tinsab f’dan l-Istat Membru, filwaqt li l-allowance tkun ta’ EUR 500 000 fir-rigward ta’ din is-suċċessjoni jekk il-mejjet jew il-benefiċjarju kien jirrisjedi fl-Istat Membru inkwistjoni meta seħħ il-mewt?