7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fis-17 ta’ April 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Salim Lachheb, Nadia Lachheb

(Kawża C-177/12)

2012/C 200/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuti: Salim Lachheb, Nadia Lachheb

Domandi preliminari

(1)

Benefiċċju bħal dak previst bil-Liġi, tal-21 ta’ Diċembru 2007, dwar il-bonus għat-tfal, jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i), u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (1), fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (2)?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, l-Artikoli 18 u 45 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikoli 12 u 39 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (3) jew 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-għoti ta’ benefiċċju bħal dak previst bil-Liġi, tal-21 ta’ Diċembru 2007, dwar il-bonus għat-tfal, lill-ħaddiema li jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u jirrisjedu flimkien mal-membri tal-familja tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandu jiġi sospiż sal-ammont tal-benefiċċji tal-familja previsti għall-membri tal-familja tagħhom mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi li l-benefiċċju kkonċernat għandu jiġi suġġett għar-regoli antikumulu tal-benefiċċji tal-familja previsti fl-Artikoli 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (4) fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3)

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83)