2.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-2 ta’ April 2012 — Anna Muzzio vs A.S.L. Pavia et

(Kawża C-161/12)

2012/C 157/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anna Muzzio

Konvenuti: A.S.L. Pavia et

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 49 TFUE et seq. jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil spiżjar, ikkwalifikat u rreġistrat mal-assoċjazzjoni professjonali rilevanti iżda li ma huwiex proprjetarju ta’ negozju inkluż fil-pianta organica [mappa tal-ispiżeriji], milli jiddistribwixxi bl-imnut fil-para-spiżerija li tagħha huwa proprjetarju, anki dawk il-mediċini suġġetti għal riċetta medika fuq “ricetta bianca”, jiġifieri mediċini li ma jiġux addebitati lis-Servizio Sanitario Nazionale u li jitħallsu kompletament miċ-ċittadin, u li tistabbilixxi anki f’dan il-qasam projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti farmaċewtiċi u kwota numerika ta’ negozji li jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju nazzjonali.