|
28.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 126/10 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-135/12)
2012/C 126/19
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Maluskova u D. Milanowska bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (1) u fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta’ Diċembru 2010.