|
12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (Ir-Rumanija) fit-12 ta’ Marzu 2012 — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central (f’isem u fl-interess tal-membri tagħha — uffiċjali pubbliċi li għandhom status speċjali– uffiċjali tal-puliżija li jaqgħu taħt l-IPJ ta’ Tulcea) vs Il-Ministerul Administrației și Internelor, l-Inspectoratul General al Poliției Române u l-Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea
(Kawża C-134/12)
(2012/C 138/14)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanța
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central (f’isem u fl-interess tal-membri tagħha — uffiċjali pubbliċi li għandhom status speċjali — uffiċjali tal-puliżija li jaqgħu taħt l-IPJ ta’ Tulcea)
Konvenuti: Il-Ministerul Administrației și Internelor (Ministeru tal-Amministrazzjoni u tal-Intern), l-Inspectoratul General al Poliției Române (l-Ispettorat Ġenerali tal-Pulużija Rumen) u l-Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea (l-Ispettorat Ġenerali tal-Puliżija tad-dipartiment ta’ Tulcea, jew “IPJ”
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17(1), 20, 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu tnaqqis fir-remunerazzjoni bħal dak imwettaq mill-Istat Rumen permezz tal-Liġijiet Nri 118/2010 u 285/2010? |
|
(2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li abbażi tagħhom il-Gvern Rumen kien obbligat li jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa li kellu l-intenzjoni li jadotta l-miżura ta’ tnaqqis tar-remunerazzjoni u li jispeċifika t-tul ta’ applikazzjoni tagħha, għandhom jiġu interpretati bħala li huma ta’ natura li jinvalidaw il-Liġijiet Rumeni Nri 118/2010 u 285/2010? |