16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg

(Kawża C-129/12)

2012/C 174/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magdeburger Mühlenwerke GmbH

Konvenuta: Finanzamt Magdeburg

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/183/KE, tal-20 ta’ Mejju 1998, dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li tista’ tingħata fil-Ġermanja abbażi ta’ skemi ta’ għajnuna eżistenti għal għan reġjonali (1) tat lil-leġiżlatur Ġermaniż marġni ta’ diskrezzjoni, għall-finijiet tal-formulazzjoni tal-punt 4 tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tal-Liġi dwar għotjiet ta’ investiment (Investitionszulagengesetz 1996) kif emendata bil-Liġi dwar l-eżenzjonijiet fiskali (Steuerentlastungsgesetzes 1999) tad-19 ta’ Diċembru 1998, b’tali mod li dan il-marġni ta’ diskrezzjoni jkopri skema li tiffavorixxi l-investimenti koperti minn din l-iskema, li fir-rigward tagħhom id-deċiżjoni definittiva ta’ investiment ittieħdet qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew qabel il-pubblikazzjoni fil-Bundessteuerblatt (BStBL) tal-miżuri proposti, filwaqt li l-provvista tal-oġġetti kapitali kif ukoll id-determinazzjoni u l-ħlas tal-għotja jsiru wara?


(1)  C(1998) 1712 (ĠU 1999, L 60, p. 61).