16.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fit-8 ta’ Marzo 2012 — Promociones y Construcciones BJ 200 S.L. et
(Kawża C-125/12)
2012/C 174/22
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Promociones y Construcciones BJ 200 S.L., Ignacio Alba Muñoz, Kuratur ta’ Promociones y Construcciones BJ 200 S.L., u l-Agencia Estatal de la Administración Tributaria
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li skontu “1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti li ġejjin: […] (g) il-forniment ta’ proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur tas-sentenza fi proċedura ta’ bejgħ obbligatorju”, għandu jiġi interpretat, meta l-proċedura ġudizzjarja hija proċedura kollettiva mibdija permezz tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza ta’ dan id-debitur, fis-sens li dan jirreferi biss għat-trasferimenti li strettament jirriflettu l-fatt li din hija proċedura ta’ likwidazzjoni jew li din laħqet il-fażi ta’ likwidazzjoni, b’mod li t-trasferiment ta’ tali beni għandu jseħħ wara l-likwidazzjoni globali tal-patrimonju tad-debitur, jew, peress li proċedura ta’ insolvenza tista’ twassal b’mod partikolari għal-likwidazzjoni tal-impriża insolventi, fis-sens li dan ikopri wkoll kull trasferiment ta’ beni immobbli mwettaq mid-debitur iddikjarat insolventi matul proċedura ta’ insolvenza? |
(2) |
L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“proċedura ta’ bejgħ obbligatorju” li huwa jirreferi għaliha tinkludi proċedura ġudizzjarja kollettiva ta’ insolvenza li fiha kien hemm bejgħ volontarju, mhux relatat ma’ kwalunkwe fażi ta’ likwidazzjoni obbligatorja tal-patrimonju tad-debitur u għal sempliċi raġunijiet ta’ opportunità, ta’ wieħed jew iktar mill-beni tiegħu jew, għall-kuntrarju, fis-sens li dan jirreferi biss għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata intiżi sabiex jiġu likwidati l-beni tad-debitur tas-sentenza? |
(3) |
F’dan l-aħħar każ, jekk l-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jirreferi strettament għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata intiżi sabiex jiġu likwidati l-beni tad-debitur tas-sentenza, din l-istess dispożizzjoni tista’ tinftiehem fis-sens li din teskludi l-inverżjoni tal-persuna suġġetta għall-VAT fil-każijiet kollha ta’ trasferiment ta’ beni immobbli minn debitur iddikjarat insolventi minħabba raġunijiet ta’ opportunità, fl-interess tal-kredituri u mhux relatat ma’ kwalunkwe proċedura ta’ likwidazzjoni globali tal-beni tiegħu, b’tali mod li għandha titwarrab l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward ta’ każijiet li din id-dispożizzjoni ma tipprevedix? |
(1) ĠU L 347, p. 1.