26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Giurgiu (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Marzu 2012 — SC Volksbank România SA vs Comisariat Județean pentru Protecția Consumatorilor Giurgiu

(Kawża C-123/12)

2012/C 151/33

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Giurgiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România SA

Konvenut: Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Giurgiu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt” u ta’ “prezz” li tagħmel riferiment għalihom din id-dispożizzjoni jinkludu l-elementi li jikkostitwixxu l-korrispettiv li huwa intitolat għalih stabbiliment ta’ kreditu abbażi ta’ kuntratt ta’ kreditu, jiġifieri r-rata annwali effettiva globali ta’ tali kuntratt, komposta, b’mod partikolari, minn rata fissa jew varjabbli, kummissjonijiet bankarji, u spejjeż oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt?

(2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li ttraspona din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali jipproċedi, fl-eżerċizzju tal-poter ġudizzjarju, bl-istħarriġ tan-natura abbużiva ta’ klawżoli kuntrattwali dwar il-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u s-suffiċjenza tal-prezz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288