9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/9


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-62/09 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-120/12 P)

2012/C 165/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Bariatrix Europe Inc., SAS

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (li kienet il-Qorti tal-Prim’Istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-62/09;

tordna lill-UASI tħallas l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata fuq il-bażi ta’ ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) (li issa sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2)) u fuq il-bażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellanti l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien fis-sewwa meta ma kkunsidrax id-dokumenti u l-provi miġjuba mill-appellanti. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni meta rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-isemmija dokumenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 79, p. 1