26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Burgos (Spanja) fil-5 ta’ Marzu 2012 — La Retoucherie de Manuela, S.L. vs La Retoucherie de Burgos, S.C.

(Kawża C-117/12)

2012/C 151/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Burgos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: La Retoucherie de Manuela, S.L.

Konvenuta: La Retoucherie de Burgos, S.C.

Domandi preliminari

(1)

L-espressjoni “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt” li tinsab fl-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 2790/1999 (1) għandha tiġi interpretata bħala li hija limitata biss għall-post jew għall-ispazju fiżiku minn fejn inbiegħu l-oġġetti jew minn fejn ġew ipprovduti s-servizzi waqt il-perijodu tal-kuntratt, jew tista’ tiġi estiża għat-territorju kollu li fih ix-xerrej opera waqt il-perijodu tal-kuntratt?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi favur l-ewwel interpretazzjoni, l-espressjoni “bini u art” tista’ tirreferi għat-territorju li fih il-frankiġja operat waqt il-perijodu tal-kuntratt meta skont il-kuntratt ta’ frankiġja, il-frankiġja hija assenjata territorju speċifiku?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).