26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Frar 2012 — SC Volksbank România SA vs Ionuț-Florin Zglimbea, Liana-Ramona Zglimbea

(Kawża C-108/12)

2012/C 151/29

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Vâlcea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Volksbank România SA

Konvenuti: Ionuț-Florin Zglimbea, Liana-Ramona Zglimbea

Domanda preliminari

(1)

Sa fejn jista’ l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 (1) jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ suġġett prinċipali tal-kuntratt u l-kunċett ta’ prezz, li għalihom tagħmel riferiment din id-dispożizzjoni, jinkludu l-elementi li jikkostitwixxu l-korrispettiv li għalih huwa intitolat stabbiliment ta’ kreditu abbażi ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, jiġifieri r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena ta’ tali kuntratt (kif iddefinita fid-Direttiva 2008/48 (2)), komposta b’mod partikolari minn rata fissa jew varjabbli, minn kummissjonijiet bankarji u minn spejjeż oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)

(2)  Direttiva 2008/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66)